GĦAXRA-OCT

Description

Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-10 anniversarju ta’ Teatru Malta għażilna għaxar drammi minn madwar l-Ewropa u l-Mediterran, li qatt ma ġew imtella’ f’Malta qabel. Dawn ix-xogħlijiet se jiġu tradotti u ppreżentati għall-ewwel darba bil-Malti fit-Teatru Domus stess, u se joffru lill-udjenzi l-opportunità li jaraw serje ta’ xogħlijiet importanti minn tradizzjonijiet teatrali li ħafna drabi ma jidhrux biżżejjed fuq il-palk Malti. Imexxija minn għaxar diretturi emerġenti, taħt il-gwida tal-grupp ta’ Teatru Malta, id-drammi se jiġu ppreżentati f’ambjent teatrali sempliċi tat-tip black box f’sensiela ta’ double-bills matul is-sena. Iva hekk hu, it-Teatru Domus għadda minn trasformazzjoni ħelwa u issa, se jkun id-dar ta’ dawn il-produzzjonijiet.

L-IKRAH ta’ Marius von Mayenburg b’direzzjoni ta’ Daniel Formosa u b’traduzzjoni ta’ Albert Marshall | OMM U BINHA ta’ Jon Fosse b’direzzjoni ta’ Stef Deguara u b’traduzzjoni ta’ Albert Marshall. 

 

Event Details & Ticketing

GHAXRA