JA Exhibition 2025
- Exhibition
- 25th September - 9th November 2025
Jazz Vigettes:
-
Fragments, connected
Welcome to the second edition of Jazz Vignettes, a visual journey into Malta’s jazz scene. While last year highlighted the genre’s early days, this edition explores its growth through the seventies and eighties, featuring artists who shaped the local movement and laid the foundations for what was to follow.
The story unfolds through photographs, memorabilia, and audio-visual pieces, tracing a line from the early years to the early nineties and the birth of the Malta Jazz Festival, with glimpses of legendary venues such as the BJs and Villa Mystique.
A central tribute is dedicated to Charles “City” Gatt, whose career as musician, artist, and Artistic Director left an indelible mark on the scene. Instruments, photographs, and artworks reflect his legacy, culminating in a documentary specially commissioned by NAPA with the support of the Research, Innovation and Development Trust (RIDT) at the University of Malta.
Glass installations by musician-artist Walter Vella, inspired by the bonds formed through jazz, add depth to the space. The exhibition also celebrates the work of photographer Joe P Smith, whose images of the Malta Jazz Festival from its very first edition capture the vibrancy of this enduring tradition.
Researched and curated by Ġużè Camilleri.
Kwadretti Jazz:
-
Frammenti konnesi
Merħba għat-tieni edizzjoni ta’ Jazz Vignettes, vjaġġ viżiv fix-xena jazz ta’ Malta. Filwaqt li s-sena l-oħra enfasizzat l-ewwel jiem tal-ġeneru, din l-edizzjoni tesplora t-tkabbir tiegħu matul is-snin sebgħin u tmenin, u fiha artisti li sawru l-moviment lokali u poġġew il-pedamenti għal dak li kellu jsegwi.
L-istorja tiżvolġi permezz ta’ ritratti, memorabilia, u biċċiet awdjo-viżivi, li jsegwu linja mis-snin bikrin sal-bidu tad-disgħinijiet u t-twelid tal-Malta Jazz Festival, b’ħjiel ta’ postijiet leġġendarji bħall-BJs u Villa Mystique.
Ġieħ ċentrali huwa ddedikat lil Charles “City” Gatt, li l-karriera tiegħu bħala mużiċist, artist, u Direttur Artistiku ħalliet marka li ma titħassarx fix-xena. Strumenti, ritratti, u xogħlijiet ta’ l-arti jirriflettu l-wirt tiegħu, li laħaq il-qofol tiegħu f’dokumentarju kkummissjonat apposta min-NAPA bl-appoġġ tar-Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp Trust (RIDT) fl-Università ta’ Malta.
Installazzjonijiet tal-ħġieġ mill-mużiċist-artist Walter Vella, ispirati mir-rabtiet iffurmati permezz tal-jazz, iżidu l-fond fl-ispazju. Il-wirja tiċċelebra wkoll ix-xogħol tal-fotografu Joe P Smith, li x-xbihat tiegħu tal-Malta Jazz Festival mill-ewwel edizzjoni tiegħu jaqbdu l-vibranza ta’ din it-tradizzjoni dejjiema.
Riċerkat u kkurat minn Ġużè Camilleri.
Walter Vella - Glass installation
- 🇬🇧 Connections
GLASS INSTALLATION
Five translucent and transparent glass figures, elegant yet fragile, are suspended gracefully in protective cages that symbolise the boundaries we create. Their intricate structures reflect the complexities of jazz improvisation, emphasising fluidity, chance, and spontaneous expression. The organic and seemingly chaotic lines represent the unpredictable nature of jazz music.
The golden cages illustrate the tension between societal and personal boundaries that we often impose on ourselves, as the figures twist and turn, yearning to weave their way out. This group of figures embodies human emotion, vulnerability, boundless creativity, potential liberation, and the transient nature of freedom. The rhythmic lines are spontaneous and dynamic, interacting with one another to symbolise the expressive freedom inherent in improvised music. The lines connect and intersect, bridging one another and transitioning in different directions, capturing the essence of life’s continuous flow. Each line is a journey of its own, shaping the whole and ultimately whispering a timeless truth: it is the journey that makes us whole.
- 🇲🇹 Konnessjonijiet
INSTALLAZZJONI TAL- ĦĠIEĠ
Ħames figuri tal-ħġieġ trasluċidi u trasparenti, eleganti iżda fraġli, huma sospiżi b’grazzja f’gaġeġ protettivi li jissimbolizzaw il-konfini li noħolqu. L-istrutturi elaborati tagħhom jirriflettu l-kumplessitajiet tal-improvizzazzjoni tal-jazz, billi jenfasizzaw il-fluwidità, iċ-ċans, u l-espressjoni spontanja. Il-linji organiċi u apparentement kaotiċi jirrappreżentaw in-natura imprevedibbli tal-mużika jazz. Il-gaġeġ tad-deheb juru t-tensjoni bejn il-konfini soċjetali u personali li spiss nimponu fuqna nfusna, hekk kif il-figuri jduru u jduru, jixxennqu li joħorġu minnha. Dan il-grupp ta’ figuri jinkorpora l-emozzjoni umana, il-vulnerabbiltà, il-kreattività bla limitu, il-liberazzjoni potenzjali, u n-natura temporanja tal-libertà. Il-linji ritmiċi huma spontanji u dinamiċi, u jinteraġixxu ma’ xulxin biex jissimbolizzaw il-libertà espressiva inerenti fil-mużika improvizzata. Il-linji jingħaqdu u jiltaqgħu, jgħaqqdu lil xulxin u jimxu f’direzzjonijiet differenti, jaqbdu l-essenza tal-fluss kontinwu tal-ħajja. Kull linja hija vjaġġ tagħha nnifisha, li ssawwar it-totalità u fl-aħħar mill-aħħar tixxerred verità eterna: huwa l-vjaġġ li jagħmilna sħaħ.
Antoine Bonnici Soler 1937- 2023
- 🇬🇧 Biography
Pianist and Composer
Antione Bonnici Soler was a distinguished Maltese musician whose dedication to his craft earned him the respect of peers both in Malta and the United Kingdom. A proud native of Sliema, he often referred to his hometown with affection, a connection that grounded much of his personal and musical identity.
Soler was particularly known for his refined ear and deep appreciation of Bossa Nova. His piano voicings were exceptional—complex, elegant, and rhythmically precise. His approach to composition reflected a masterful understanding of harmony and pulse, often drawing attention from fellow musicians for its musical integrity and nuance.
Bonnici Soler has spent many years in North Wales and played constantly with a very fine quartet led by John Rubin on vibes. He also played with his trio in the same area backing jazz vocalist Sarah Jones and with the Ken Ladds Quartet. He has played in several venues in Holland, Spain and the U.K. When in Birmingham he played regularly with a quartet led by guitarist John Litnius and also a Jamaican jazz Combo led by tenor sax player Andy Hamilton.
He frequently performed extended solo piano sets, during which he would, on occasion, share and explain his harmonic decisions spontaneously—an impromptu masterclass for those nearby. Soler was also a composer of considerable merit, although, regrettably, much of his original work remains inaccessible. The scarcity of his compositions is a loss to the wider musical community, as they represent a body of work rich in local creativity and expression.
- 🇲🇹 Bijografija
Pjanist u Kompożitur
Antoine Bonnici Soler kien mużiċist Malti ta’ distinzjoni, li d-dedikazzjoni tiegħu lejn is-sengħa tiegħu kisbitlu r-rispett ta’ sħabu kemm f’Malta kif ukoll fir-Renju Unit. Hu kien kburi li hu minn Tas-Sliema, u spiss kien jirreferi għal belt twelidu b’affezzjoni, konnessjoni li saħħet ħafna l-identità personali u mużikali tiegħu.
Soler kien magħruf b’mod partikolari għas-smigħ raffinat tiegħu u l-apprezzament profond tiegħu tal-Bossa Nova. Il-vuċijiet tal-pjanu tiegħu kienu eċċezzjonali—kumplessi, eleganti, u ritmikament preċiżi. L-approċċ tiegħu għall-kompożizzjoni kienet tirifletti fehim mill-aqwa tal-armonija u l-polz, u dan l-approċċ spiss ġibed l-attenzjoni ta’ mużiċisti sħabu għall-integrità u l-isfumaturi mużikali tiegħu.
Bonnici Soler qatta’ ħafna snin fit-Tramuntana ta’ Wales fejn kien idoqq b’mod kostanti ma’ kwartett mill-ifjen, immexxi minn John Rubin. Hu kien idoqq ukoll mat-trio tiegħu fl-istess żona, fejn kien idoqq għall-vokalista tal-jazz Sarah Jones u mal-Ken Ladds Quartet. Daqq f’diversi postijiet fl-Olanda, Spanja u r-Renju Unit. Meta kien f’Birmingham daqq regolarment ma’ kwartett immexxi mill-kitarrist John Litnius u wkoll ma’ Combo tal-jazz Ġamajkan immexxi minn Andy Hamilton, li kien idoqq is-sassofonu tenur.
Hu ta’ sikwit kien idoqq settijiet solo estiżi tal-pjanu, li waqthom ġieli kien jaqsam u jispjega d-deċiżjonijiet armoniċi tiegħu b’mod spontanju – masterclass improvizzat għal dawk li jkunu hemm. Soler kien ukoll kompożitur ta’ mertu konsiderevoli, għalkemm sfortunatament, ħafna mix-xogħol oriġinali tiegħu għadu inaċċessibbli. L-iskarsezza tal-kompożizzjonijiet tiegħu hija telfa għall-komunità mużikali usa’, minħabba li xogħlu jirrappreżenta korp ta’ xogħol rikk fil-kreattività u l-espressjoni lokali.
Matul il-karriera tiegħu, Soler kien selettiv ħafna mal-kollaboraturi tiegħu, għaliex kien japprezza rapport mużikali profond. Fost l-imsieħba mużikali preferuti tiegħu kien hemm il-kitarristi Winston L. Montanaro Gauci u Renzo Grima, id-drummer Charles Sciberras, u l-bassista li ħallietna, Laurie Simpson. Il-ħbiberija li kellu fit-tul mal-mużiċist ħabib tiegħu, is-City Gatt kienet magħrufa sew; minkejja l-filosofiji mużikali kontrastanti tagħhom, ir-rispett reċiproku tagħhom rawwem sinerġija kreattiva unika u ta’ ispirazzjoni.
Il-legat ta’ Soler imur lil hinn mill-ispettaklu. Kien konsulent għal ħafna, ammirat għad-dispożizzjoni ferrieħa tiegħu, il-ġenerożità tiegħu, u l-vuċi mużikali distinta tiegħu. Għalkemm spiss baqa’ barra mill-attenzjoni pubblika, l-influwenza kwieta tiegħu sawret ġenerazzjonijiet ta’ mużiċisti li jkomplu jmexxu ’l quddiem il-valuri artistiċi tiegħu.
Lino Cauchi 1949-
- 🇬🇧 Biography
Pianist and Composer
Lino Cauchi has been in the entertainment scene for 57 years. In 1967 he was appointed as a pianist with the Vinny Vella band wherefrom in the 70’s he moved to working in hotels joining saxophonist Sammy Murgo.
During the 80’s Lino played at Palazzo Pescatore with Charles is-‘City’ Gatt and Mario Abela where the first ever Jazz concert was held locally. This initiative led by Charles is-‘City’ Gatt was a great success and also featured Paul Abela, Joe Carr, David Vella, as well as Charles and Lino themselves.
This led to a series of TV appearances in the jazz idiom with more or less the same lineup, featuring Ronnie Carr on bass.
In 1983, Lino began performing as a solo pianist and singer at BJ’s nightclub, after which he joined the Joe Cutajar Band who used to play at the Mellieħa Bay Hotel.
During this period, he enjoyed notable success, winning the International Malta Song Festival three times and the Wardakanta Song Festival twice. These achievements gave him the opportunity to represent Malta in festivals and recording sessions in Italy, Yugoslavia, Czechoslovakia, and Australia.
In the late eighties, Lino was the resident pianist on the television programme Ronda Weekend, working with Charles Xuereb, John Demanuele, and Charles Saliba.
In the early nineties, he took part in several Italian operettas staged at the Manoel Theatre by the Valletta Dramatic Company. One of these was Al Cavallino Bianco, produced with the late George Micallef, who also played piano, and Archibald Mizzi, who served as orchestrator, together with a number of other artists. Around this time, he also collaborated on a series of radio programmes with Charles Xuereb and George Micallef.
During the latter half of the nineties, Lino worked as a freelance pianist and later joined the Renzo Spiteri Quintet, which focused mainly on Latin music.
Lino remained active throughout his career, composing in folk, classical, and jazz styles. His last full-time role was at the Johann Strauss School of Music, where he taught theory, classical piano, and jazz improvisation.
Now retired, he continues to remain active in music while also cherishing time with his six grandchildren.
- 🇲🇹 Bijografija
Pjanist u Kompożitur
Lino Cauchi ilu fix-xena tal-ispettaklu għal 57 sena. Fl-1967, hu nħatar bħala pjanist fil- Vinny Vella band, fejn mis-sebgħinijiet beda jaħdem fil-lukandi, flimkien mas-sassofonist Sammy Murgo.
Waqt it-tmeninijiet, Lino kien idoqq f’Palazzo Pescatore, ma’ Charles is-‘City’ Gatt u Mario Abela, u hemm kien fejn twieled l-ewwel kunċert tal-Jazz li ttella’ fuq livell lokali. Din l-inizjattiva, immexxija minn Charles is-‘City’ Gatt, kienet ta’ success kbir, u kien hemm Paul Abela, Joe Carr u David Vella fiha wkoll, apparti Charles u Lino nnifishom.
Dan wassal għal sensiela ta’ dehriet fuq it-TV relatati mal-jazz, bil-parteċipazzjoni tal-istess artisti fil-biċċa l-kbira, però kien hemm ukoll Ronnie Carr fuq il-baxx.
Fl-1983, Lino kien kantant u pjanist solo il-BJ’s nightclub, wara ngħaqad mal-Joe Cutajar Band li kienu jdoqqu l-Mellieħa Bay Hotel.
Waqt dan iż-żmien, hu kellu bosta suċċessi notevoli, fosthom li rebaħ il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija tliet darbiet, u l-festival Wardakanta darbtejn. Dawn il-kisbiet tawh l-opportunità li jirrappreżenta lil Malta f’festivals u sessjonijiet ta’ rrekordjar fl-Italja, il-Jugoslavja, iċ- Ċekoslovakkja, u l-Awstralja.
Lejn l-aħħar tat-tmeninijiet, Lino kien il-pjanist ewlieni fuq il-programm televiżiv, Ronda Weekend, fejn ħadem ma’ Charles Xuereb, John Demanuele, u Charles Saliba.
Fil-bidu tas-snin disgħin, hu ħa sehem f’bosta operetti Taljani li ttellgħu t-Teatru Manoel, mill-Valletta Dramatic Company. Waħda minnhom kienet Al Cavallino Bianco, produzzjoni tal-mibki George Micallef, li kien idoqq il-pjanu, u Archibald Mizzi, li għamel l-arranġament għall-orkestra, kif ukoll numru ta’ artisti oħra. F’dan iż-żmien, hu kkollabora wkoll ma’ Charles Xuereb u George Micallef fuq sensiela ta’ programmi għar-radju.
Lejn l-aħħar tas-snin disgħin, Lino ħadem bħala pjanist freelance, u wara ngħaqad mar-Renzo Spiteri Quintet, li l-aktar li kienu jdoqqu hi l-mużika Latina.
Lino baqa’ attiv matul il-karriera tiegħu, fejn ikkompona bi stili folk, klassiċi u jazz. L-aħħar xogħol full-time tiegħu kien fl-Iskola tal-Mużika, Johann Strauss, fejn għallem it-teorija, il-pjanu klassiku u l-improvizzazzjoni tal-jazz.
Issa li rtira, għadu attiv fil-mużika, waqt li wkoll igawdi ħinu mas-sitt neputijiet tiegħu.
Ray Agius 1952-
- 🇬🇧 Biography
Pianist and Composer
Ray Agius’ interest in jazz began in the early 1970s, as a pianist with the band Supernova, which also featured Charles is-‘City’ Gatt on drums, Joe Arnaud on flugelhorn, and Tony Almerigo on bass.
The group explored material inspired by the free jazz movement that emerged in those recent years. Later on, he also collaborated with other musicians and bands in various concerts and jam sessions.
A memorable event in Ray’s jazz career was in 1978, when he performed at the University of Malta with Gatt (drums), Sammy Murgo (saxophone), and Andrew Spiteri (bass), whilst sharing the stage with internationally renowned German trombonist Albert Mangelsdorff. In the 80s, Ray went on to compose ’The Struggle’, a rock opera, released as a triple LP, that combined jazz-rock, progressive and electronic elements.
Agius is also a well-known composer in the Maltese music scene, with many of his works, primarily in collaboration with lyricist Alfred C. Sant, considered among the classics of Maltese popular music. His work has earned him numerous awards at local and international festivals. In 1995 and 1997, he represented Malta as a composer in the Eurovision Song Contest, directing the orchestra in each edition. In those same years, he was awarded ‘Best Composer’ at the Malta Music Awards.
His latest album, Supernova, marks Ray’s return to his jazz roots with a set of new and original compositions showcasing many styles and influences ranging from swing to jazz fusion.
- 🇲🇹 Bijografija
Pjanist u Kompożitur
L-interess ta’ Ray Agius fil-jazz beda fil-bidu tas-snin sebgħin, bħala pjanist mal-band Supernova, li fiha kien hemm ukoll Charles is- ‘City’ Gatt fuq id-drums, Joe Arnaud fuq il-flugelhorn u Toni Almerigo fuq il-bass.
Il-grupp esplora materjal ispirat mill-moviment tal-free jazz li beda f’dawk l-aħħar snin. Aktar tard, huwa kkollabora wkoll ma’ mużiċisti u bands oħra f’diversi kunċerti u jam sessions.
Avveniment memorabbli fil-karriera tal-jazz ta’ Ray kien fl-1978, meta daqq l-Università ta’ Malta ma’ Gatt (drums), Sammy Murgo (sassofonu), u Andrew Spiteri (bass), waqt li qasam il-palk mat-trombonista Ġermaniż ta’ fama internazzjonali Albert Mangelsdorff.
Fit-Tmeninijiet, Ray kompla jikkomponi ‘The Struggle’, opra rock, li ħarġet bħala LP triplu, li ħalltet elementi jazz-rock, progressivi u elettroniċi.
Agius huwa kompożitur magħruf fix-xena mużikali Maltija, b’ħafna mix-xogħlijiet tiegħu, primarjament b’kollaborazzjoni mal-liriċista Alfred C. Sant, meqjusa fost il-klassiċi tal-mużika popolari Maltija.
Xogħlu kiseb bosta premjijiet f’festivals lokali u internazzjonali. Fl-1995 u l-1997, irrappreżenta lil Malta bħala kompożitur fil-Eurovision Song Contest, fejn mexxa l-orkestra f’kull edizzjoni. F’dawk l-istess snin, ingħata l-premju tal- “Aħjar Kompożitur” fil-Malta Music Awards.
L-aħħar album tiegħu, Supernova, jimmarka r-ritorn ta’ Ray għall-għeruq tal-jazz tiegħu b’sett ta’ kompożizzjonijiet ġodda u oriġinali li juru ħafna stili u influwenzi li jvarjaw minn swing għal jazz fusion.
Paul Abela 1954-
- 🇬🇧 Biography
Pianist and Composer
Paul Abela is a renowned Maltese pianist, composer, arranger, and conductor who studied at the Berklee College of Music in Boston, U.S.A. There, he specialised in piano, improvisation, composition, arranging, conducting, film scoring, and production. A prolific arranger and performer, Abela has collaborated with many of Malta’s top musicians and notable international artists such as Gabriele Comeglio, Massimo Lopez, Rino Cirinna, Stjepko Gut, and Emilio Soana.
Throughout his career, he has directed and performed in a wide range of ensembles, from small jazz combos to full orchestras and big bands across genres including, jazz, Latin, pop, and semi-classical music. At the Johann Strauss School of Music, he taught theory, piano, and improvisation, and founded the Johann Strauss Big Band, a 20-piece ensemble that performed regularly at the Malta Jazz Festival.
In the 1980s and ’90s, Abela was a leading figure in the revival of the Maltese jazz scene alongside musicians like Charles is-‘City’ Gatt, Sammy Murgo, Walter Vella and George Curmi. As former director of the Malta Concert Orchestra, he staged numerous big band concerts and hosted jazz workshops featuring international guests. Paul Abela remains a key contributor to Malta’s jazz heritage and its continued evolution.
- 🇲🇹 Bijografija
Pjanist u kompożitur
Paul Abela huwa pjanist, kompożitur, arranġatur, u surmast rinomat Malti, li studja fil-Berklee College of Music f’Boston, l-Istati Uniti tal-Amerika. Hemmhekk, speċjalizza fil-pjanu, l-improvizzazzjoni, il-kompożizzjoni, l-arranġamenti, id-direzzjoni, il-kitba ta’ mużika għal films, u l-produzzjoni. Bħala arranġatur u artist prolifiku, Abela kkollabora ma’ ħafna mill-aqwa mużiċisti ta’ Malta u artisti internazzjonali notevoli bħal Gabriele Comeglio, Massimo Lopez, Rino Cirinna, Stjepko Gut, u Emilio Soana.
Matul il-karriera tiegħu, idderieġa u tella’ spettakli ma’ firxa wiesgħa ta’ ensembles, minn gruppi żgħar tal-jazz għal orkestri sħaħ u bands kbar li jdoqqu ġeneri differenti, inkluż il-jazz, il-mużika Latina, il-pop, u mużika semi-klassika. Hu, għallem it-teorija, il-pjanu, u l-improvizzazzjoni, fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss u waqqaf il-Johann Strauss Big Band, ensemble ta’ 20 mużiċist li kienu jdoqqu regolarment fil-Malta Jazz Festival.
Fis-snin tmenin u disgħin, Abela kien figura ewlenija fit-tiġdid tax-xena tal-jazz Maltija flimkien ma’ mużiċisti bħal Charles is- ‘City’ Gatt, Sammy Murgo, Walter Vella u George Curmi. Bħala eks direttur tal-Malta Concert Orchestra, hu organizza bosta kunċerti ta’ bands kbar u tella’ workshops tal-jazz li fihom kien hemm mistiedna internazzjonali. Paul Abela jibqa’ kontributur ewlieni għall-patrimonju tal-jazz ta’ Malta u l-evoluzzjoni kontinwa tiegħu.
Paul Giordimaina 1960-
- 🇬🇧 Biography
Pianist and Composer
Paul Giordimaina was born in Rabat and was raised in a musical family, with both his father and maternal grandfather being renowned musicians. Paul started piano lessons at the age of five and continued to study classical music until the age of 16. Around the same age he met his mentors- saxophonist Sammy Murgo and the late Charles is-‘City’ Gatt, who introduced him to jazz.
Music has always been Paul’s sole profession, until this very day. As a young artist he played with leading musicians in top local night spots and hotels, also being a regular in the then popular ‘Sunday Jamming Sessions’ that local enthusiasts followed very keenly. These gave Paul the opportunity to share different band stands with many different musicians. The Malta Jazz Festival saw Paul team up with local line ups and also foreign musicians and this, in Paul’s own words, gave him ‘more valuable insight and a greater love for jazz’.
Being a resident musician in the then top Jazz club ‘BJs’, Paul also had the opportunity to jam with world famous musicians who came to perform at the Malta Jazz Festival over the years. Amongst the names Paul jammed with are, Joe Lovano, and Larry Coryell, to name but a few.
Beyond the jazz scene, Paul also established himself as a vocalist and composer in the pop scene, writing both for himself as a singer and for several other local singers.
During the Covid pandemic all musical events were halted. This, however, did not stop him, and it only strengthened his determination as he used the ‘staying at home period’ to further indulge in studying jazz.
He also set up a home studio, where, further along during the easing of restrictions related to the pandemic, other musicians joined him in recording valuable material during such a time.
Paul’s past album releases are: ‘From Now On’ (1995), ‘A Letter to Bernie’, (2009) which was nominated for best album at the Malta Music Awards and his Solo piano album, ‘Voyages’ released in May 2020, the result of a solitary lockdown that Paul turned into profound musical creations.
In April 2024 Paul released another Jazz Album together with his band SFERA titled ‘Gatt Groove’ dedicated to Charles is-‘City’ Gatt, and the band is currently working on another album to be released in April 2026.
- 🇲🇹 Bijografija
Pjanist u Kompożitur
Paul Giordimaina twieled ir-Rabat u trabba f’familja mużikali, fejn kemm missieru u kif ukoll nannuh min-naħa ta’ ommu kienu mużiċisti rinomati. Paul beda l-lezzjonijiet tal-pjanu ta’ ħames snin u kompla jistudja l-mużika klassika sa meta kellu 16-il sena. F’dak iż-żmien ukoll, hu ltaqa’ mal-mentors tiegħu – is-sassofonista Sammy Murgo u l-mibki Charles is- ‘City’ Gatt, li introduċewh għall-jazz.
Il-mużika minn dejjem kienet l-unika professjoni ta’ Paul, sallum il-ġurnata. Bħala artist żagħżugħ, huwa daqq ma’ mużiċisti ewlenin fl-aqwa postijiet tal-lejl u lukandi lokali, u kien ukoll membru regolari fis- “Sunday Jamming Sessions” popolari ta’ dak iż-żmien li l-entużjasti lokali kienu jsegwu b’ħerqa kbira. Dawn taw lil Paul l-opportunità li jdoqq ma’ bands differenti u ma’ ħafna mużiċisti differenti. Permezz tal-Malta Jazz Festival Paul ingħaqad ma’ line-ups lokali u wkoll ma’ mużiċisti barranin u dan, fi kliem Paul stess, tah “għarfien aktar siewi u mħabba akbar għall-jazz”.
Minħabba li kien mużiċist residenti fil-klabb tal-Jazz ewlieni ta’ dak iż-żmien ‘BJs’, Paul kellu wkoll l-opportunità li jdoqq ma’ mużiċisti ta’ fama mondjali li ġew idoqqu fil-Malta Jazz Festival matul is-snin. Huma bosta l-artisti li Paul daqq magħhom insibu lil Joe Lovano, u Larry Coryell, fost il-ħafna oħrajn.
Lil hinn mix-xena tal-jazz, Paul stabbilixxa ruħu wkoll bħala kantant u kompożitur fix-xena pop, fejn kiteb kemm għalih innifsu bħala kantant kif ukoll għal diversi kantanti lokali oħra.
Matul il-pandemija tal-Covid, ġew imqaqqfa l-avvenimenti mużikali kollha. Madankollu, dan ma waqqafx lil Paul, u saħħaħ biss id-determinazzjoni tiegħu hekk kif uża dan il-perjodu fejn kellu jibqa’ d-dar, biex ikompli jistudja l-jazz.
Hu bena studio fid-dar tiegħu, fejn, aktar tard matul ir-rilaxx tar-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija, mużiċisti oħra ngħaqdu miegħu biex irrekordjaw materjal siewi matul żmien bħal dan. L-albums li ħareġ Paul fil-passat huma: ‘From Now On’ (1995), ‘A Letter to Bernie’, (2009) li ġie nominat għall-aqwa album fil-Malta Music Awards u l-album tiegħu għall-pjanu Solo, ‘Voyages’ li ħareġ f’Mejju tal-2020, ir-riżultat ta’ lockdown solitarju li Paul biddel f’ħolqien mużikali profond.
F’April tal-2024 Paul ħareġ Album ieħor tal-Jazz flimkien mal-band tiegħu SFERA bit-titlu ‘Gatt Groove’ iddedikat lil Charles is-‘City’ Gatt, u l-band bħalissa qed taħdem fuq album ieħor li se joħroġ f’April tal-2026.
Anthony Camilleri 1960-
- 🇬🇧 Biography
Pianist and Composer
Anthony Camilleri was homeschooled in a classical music environment since a very young age. During his youth, he started exploring the world of Jazz Music and became hooked to the music of pianists like Oscar Peterson, Bill Evans, Chick Corea and Keith Jarrett.
In 1979, Anthony obtained the L.R.S.M teaching diploma from the Royal Schools of Music of London . In 1982, one of his compositions qualified for The Yamaha Music Festival, which he performed at the Olympia Theatre in Paris. For a number of years, as a pianist, he formed part of the Malta Song For Europe Festival Orchestra.
Anthony took part in several editions of The Malta Jazz Festival and other concerts, forming part of different bands, whilst playing alongside artists such as Danish singer Caecilie Norby, and musicians Rino Cirinna, Fred Pasqua, Stjepko Gut and the late Mátyás Szandai.
Anthony is also regularly invited to play at Ronnie Scott Jazz Club in London joining regulars such as Renato D’Aiello, Andy Davies and Brandon Allen.
In October 2024, Anthony took part in “Jazz Assemblea” at St James Cavalier, Valletta as part of a jazz quartet, and last April he was part of the ensemble “Jazz Greats: The Trumpet Story” at the Malta Society of Arts organized by NAPA and the Malta Society of Arts.
- 🇲🇹 Bijografija
Pjanist u Kompożitur
Anthony Camilleri kien ġie mgħallem id-dar f’ambjent ta’ mużika klassika minn età verament żgħira. Waqt iż-żogħżija tiegħu,beda jesplora d-dinja tal-mużika jazz, u bidet togħġbu ħafna il-mużika ta’ pjanisti bħal Oscar Peterson Bill Evans, Chick Corea u Keith Jarrett.
Fl-1979, Anthony ġab id-diploma tat-tagħlim (L.R.S.M) mill-Iskejjel Rjali tal-Mużika ta’ Londra. Fl-1982, waħda mill-kompożizzjonijiet tiegħu, kwalifikat għal The Yamaha Music Festival, li kien ittella’ fit-teatru L’Olympia f’Pariġi. Għal numru ta’ snin, bħala pjanist, kien jifforma parti mill-Orkestra tal-Festival għall-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa.
Anthony ħa sehem f’diversi edizzjonijiet ta’ The Malta Jazz Festival u kunċerti oħra, fejn kien jifforma parti minn bands differenti, waqt li kien idoqq ma’ artisti bħall-kantanta Daniża Caecilie Norby u mal-mużiċisti Rino Cirinna, Fred Pasqua, Stjepko Gut u l-qatt minsi Mátyás Szandai.
Anthony jiġi mistieden b’mod regolari biex idoqq fir-Ronnie Scott Jazz Club f’Londra, fejn kien jingħaqad ma’ Renato D’Aiello, Andy Davies u Brandon Allen, li jdoqqu hemm.
F’Ottubru 2024, Anthony ħa sehem f’ “Jazz Assemblea” fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta, bħala parti minn kwartett tal-jazz, u f’April li għadda, kien parti mill-ensemble “Jazz Greats: The Trumpet Story” fis-Soċjetà Maltija tal-Arti, organizzat minn NAPA u s-Soċjetà Maltija tal-Arti.
Dominic Galea 1965-
- 🇬🇧 Biography
Pianist and Composer
Dominic Galea is one of Malta’s foremost jazz pianists and composers, known for his expressive style and musical versatility. Introduced to jazz at a young age, he studied piano with his father Sammy Galea, and later with British jazz legend Stan Tracey. He holds multiple diplomas in performance, theory, and composition from the London College of Music, along with degrees in music from the University of Malta, and an “Outstanding Musicianship” certificate from Berklee in Umbria.
Galea’s career spans over four decades, marked by performances and awards at international festivals in Slovakia, Egypt, Australia, Bulgaria, and Italy. His extensive portfolio includes sixteen musicals, film scores, jazz suites, and music set to Maltese poetry and literature. In 1985, his original composition Horizon was featured on a prestigious double album alongside artists like Stanley Clarke and John McLaughlin.
He has collaborated with acclaimed international jazz artists including Clark Tracey, Alan Barnes, and Bodek Janke, and was recently celebrated as one of Europe’s leading jazz pianists at a top London jazz club. Founder of Heritage Records Malta, he has produced over 30 albums and currently lectures at the University of Malta. In 2023, he became the first CEO of Malta’s National Agency for the Performing Arts (NAPA).
- 🇲🇹 Bijografija
Pjanist u Kompożitur
Dominic Galea huwa wieħed mill-aqwa pjanisti u kompożituri tal-jazz lokali, magħruf għall-istil espressiv u l-versatilità mużikali tiegħu. Introdott għall-jazz minn età żgħira, hu studja l-pjanu ma’ missieru Sammy Galea, u aktar tard mal-leġġenda Brittanika tal-jazz Stan Tracey. Għandu diversi diplomi fil-prestazzjoni, it-teorija, u l-kompożizzjoni mil-London College of Music, kif ukoll lawriji fil-mużika mill-Università ta’ Malta, u ċertifikat ta’ “Outstanding Musicianship” minn Berklee fl-Umbria.
Il-karriera ta’ Galea tkopri aktar minn erba’ deċennji, immarkata minn spettakli u premjijiet f’festivals internazzjonali fis-Slovakkja, l-Eġittu, l-Awstralja, il-Bulgarija, u l-Italja. Il-portafoll estensiv tiegħu jinkludi sittax-il musical, mużika ta’ films, suites tal-jazz, u settijiet ta’ mużika għal poeżija u letteratura Maltija. Fl-1985, il-kompożizzjoni oriġinali tiegħu Horizon kienet fuq album doppju prestiġjuż flimkien ma’ artisti bħal Stanley Clarke u John McLaughlin.
Hu kkollabora ma’ artisti internazzjonali rinomati tal-jazz fosthom Clark Tracey, Alan Barnes, u Bodek Janke, u reċentament ġie ċċelebrat bħala wieħed mill-aqwa pjanisti tal-jazz tal-Ewropa, f’wieħed mill-aqwa klabbs tal-jazz f’Londra. Galea hu l-fundatur ta’ Heritage Records Malta, u pproduċa aktar minn 30 album u bħalissa jagħti lekċers fl-Università ta’ Malta. Fl-2023, sar l-ewwel Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Nazzjonali ta’ Malta għall-Arti Performattiva (NAPA).
Event Description
As its name suggests, Jazz Assemblea is an invitation to get together and celebrate a project dedicated to the life and people of jazz in Malta, involving a selection of jazz players, lovers and enthusiasts, through October and November 2025 in Spazju Kreattiv, Valletta.
The 90-year history of jazz locally is laced with intrigue – not much is known, unless you’re into the genre. We often talk about how Strait Street welcomed people and music of all types, jazz among them, but Jazz Assemblea delves deeper, into how these musicians influenced and strengthened one another, from one generation to the next, and how together they forged communities that live to the present day. Oh, how they travelled from one club to the next (and sometimes even abroad), how they performed with the youngest and brightest, and the legendary… These intertwining stories are key to our Maltese musical heritage.
Presented by the National Agency for the Performing Arts, Jazz Assemblea will sound the heart of the jazz community, with a festival that kicks off with a multidisciplinary exhibition showcasing a curated archive documenting the vibrant history of Jazz in Malta, with a feature documentary and a glass installation. This exhibition will run for six weeks starting from 25th September until 9th November 2025.
The festival culminates in a celebration of the local jazz scene, featuring more than 60 musicians across a series of concerts, workshops, discussions and the much-anticipated launch of Ray Agius’ latest album Supernova.
Jazz Assemblea is a National Agency for the Performing Arts (NAPA) production, in collaboration with Fondazzjoni Kreattività as part of their season programme 25/26, the Ministry for Culture, Lands and Local Government, and supported by MTA and Lito’s Place.
Concerts
Other Events
Event Details & Ticketing
Exhibition:
- 25th SEPT 2025 - 9th NOV 2025
- Spazju Kreattiv, Valletta
Festival
- 30th OCT 2025 - 2nd DEC 2025
- Spazju Kreattiv, Valletta
- Click here for tickets
Satellite Events
- Il-Jazz fl-Epoka tal-BJs
- FREE discussion (held in Maltese) featuring
- Paul Giordimaina, Philip Fenech, Walter Vella, moderated by Dominic Galea
- Thursday, 23rd October, 2025
- 7pm
- Atrium, Spazju Kreattiv
- Lino Cauchi Trio
- Featuring Lino Cauchi, Joe Micallef, Anthony Saliba
- Thursday, 23rd October, 2025
- 8pm
- Studio B, Spazju Kreattiv
- In-Nisa Maltin fil-Jazz
- FREE discussion (held in Maltese) featuring
- Nadine Axisa, Doreen Galea, Mariele Zammit, moderated by Claudette Pace
- Wednesday, 29th October, 2025
- 7pm
- Atrium, Spazju Kreattiv
- Jazz Reunites
- Featuring Dominic Galea, Roger Camilleri, Ronnie Carr, Joe M. Vella, Effie Azzopardi, Mario Borg, Anthony Bartolo il-Gigu, Doreen Galea, Eve Daly
- Wednesday, 29th October, 2025
- 8pm
- Studio B, Spazju Kreattiv
Concerts - Day 1
- Il-Gażin Vilhena Jazz Quartet
- Heathcliffe Balzan on Piano, Walter Vella on Saxophone, Mario Aquilina on Bass and Noel Grech on Drums
- Thursday, 30th October, 2025
- 7pm
- Studio B, Spazju Kreattiv
- Warren Galea Trio
- Warren Galea on Guitar, Dean Montanaro on Bass, William Smith on Drums
- Thursday, 30th October, 2025
- 8pm
- Theatre, Spazju Kreattiv
- Just Duet
- Angie Vella Zarb and Ella Puci on Vocals, Karl Galea on Guitar, Oliver Degabriele on Double Bass
- Thursday, 30th October, 2025
- 9pm
- Theatre, Spazju Kreattiv